Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ira twieġeb: Jien INĦOBB il-professjoni tiegħi!

$
0
0

Fl-aħħar sigħat il-kantanta poplari Ira Losco rreaġixxiet għal kummenti li saru fil-konfront tagħha u fuq il-profil tagħha ta’ Facebook sostniet li hi qatt m’għaddiet kummenti politiċi. Saħqet li hija tħobb il-professjoni tagħha u dak li tagħmel tagħmlu bi professjonalità, biex tagħmel lin-nies kuntenti u għax għandha mħabba kbira għall-mużika.

F’kumment taħt ritratt mal-kantanti Chiara u Mary Spiteri, qabel taw il-wirja tagħhom f’spettaklu mill-aqwa li qed jittella’ fl-MFCC, Ira Losco sostniet li hija qatt ma assoċjat ruħha ma’ xi partit, ma’ xi aġenda politika jew xi ħaġa oħra.

“Jien INĦOBB il-professjoni tiegħi.. nagħmel dan bi kburija u nagħmel dan b’mod passjonali mingħajr ebda skop ieħor, ħlief dak biex nagħmel lin-nies kuntenti għall-imħabba kbira li għandi lejn il-mużika,” qalet l-artista.

Interessanti l-fatt li dan il-kumment kiseb għexieren ta’ likes mis-segwaċi tagħha, l-istess kif kiseb aktar minn 2,000 like ir-ritratt tat-tliet kantanti li għal bosta huma l-aqwa tliet vuċijiet femminili f’pajjiżna!

The post Ira twieġeb: Jien INĦOBB il-professjoni tiegħi! appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles