Erbat ijiem wara li tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ Lisa Maria Zahra ta’ 15-il sena, tvm.com.mt huwa infurmat li l-kumpilazzjoni,fil-konfront ta’ Erin Tanti ta’ 23 mill-Belt se tibda għada quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli.
Minbarra l-akkuża ta’ qtil, Tanti jinsab akkużat li fil-lejl ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Marzu ġiegħel lil Lisa Maria toqtol ruħha b’idejha jew għenha twettaq suwiċidju, ikkorrompa lit-tfajla meta hu kien fdat biex jieħu ħsiebha, jedukaha u jgħallimha u li pparteċipa f’attivitajiet sesswali magħha minkejja li hija minuri u li kienet vulnerabbli u dan billi abbuża bil-pożizzjoni ta’ fiduċja li kellu.
Għada mistenni jixhed l-Ispettur Keith Arnaud fejn se jkun qed jagħti dettalji dwar x’seħħ bejn il-lejl tat-18 u d-19 ta’ Marzu li għadda.
The post Għada tibda l-kumpilazzoni fil-konfront ta’ Erin Tanti appeared first on TVM.