Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ħames ambaxxaturi fil-konkors San Remo Junior

$
0
0
F’serata f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi xxandret dirett fuq Television Malta, il-bieraħ filgħaxija saru magħrufa min huma l-e
rba’ kantanti solisti u mużiċista solista li se jirrapreżentaw lil Malta fil-konkors San Remo Junior li ser isir x-xahar id-diehel.
Destiny Chikunyere rebħet il-kategorija tal-kantanti solisti minn fost 26 finalist u flimkien magħha, Kylie Meliak, Karl Schembri u Sebastian Karl Calleja se jkunu mal-finalisti fil-ħames edizzjoni tal-konkors.
Mill-kategorija tal-mużiċisti soliti, Letizia Amodio ħarġet rebbieħa u se tkun l-unika ambaxxatriċi fil-kategorija tagħha f’Mejju li ġej. Oriġinarjament, Malta kellu jkollha parteċipant wieħed fil-finali iżda minħabba il-livell għoli li kien hemm fil-konkors lokali, ġie deċiż li l-parteċipanti setgħu jitilgħu għal erbgħa.
Intant, l-iżgħar parteċipant, Neil Sant rebaħ it-televoting u l-premju tal-udjenza filwaqt li l-akbar ammont ta’ voti mill-ġurija tat-tfal marru għand Michelle Farrugia li daqqet id-drums.
Mistiedna speċjali f’dan il-konkors kienu Brooke u Tony Maiello – ir-rebbieħ ta’ San Remo Nuovo Generazzioni tas-sena l-oħra filwaqt li taw is-sehemhom ukoll, il-kor tat-tfal u arts excel mill-iskola St Michael.
L-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-konkors San Remo Junior ntrebħu minn kantanti Maltin: Gaia Cauchi u Ylenia Camilleri rispettivament.
Il-lejla finali se ssir fl-10 ta’ Mejju li ġej fl-Ariston, San Remo.

The post Ħames ambaxxaturi fil-konkors San Remo Junior appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles