Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

F’Ħal Għargħur: Riċetta sigrieta tal-irkotta u l-ġbejniet

$
0
0
F’kull pajjiż u fi kwalunkwe parti tad-dinja l-ħalib jitqies bħala element bażiku fi kwalunkwe dieta; huwa wkoll wieħed mill-prodotti l-aktar versatili kif stajna nosservaw waqt il-festa tal-ħalib li kienet organizzata għar-raba’ darba f’Ħal Għargħur.
Il-ħalib jifforma parti essenzjali mid-dieta tal-bniedem: jgħajjex lill-bniedem fl-ewwel fażijiet ta’ ħajtu u għaldaqstant hu marbut direttament mal-eżistenza tiegħu.
L-ispirtu fiċ-ċentru ta’ Ħal Għargħur waqt il-Festa tal-Ħalib kien wieħed aktar li jiċċelebra l-versatilità tiegħu . . . minn affarijiet ħelwin għal affarijiet melħin u affarijiet awtentiċi bħall-irkotta u l-ġbejniet friski li kienu l-protagonisti waqt spjegazzjoni li saret minn Karmena Mangion fuq il-post.
Karmena Mangion ilha tipproduci l-irkotta u l-ġbejniet minn tfulitha. Qaltilna li r-riċetta taghha hija sigrieta magħmula minn taħlita ta’ ilma baħar; dqiq u ħalib  - waħda effettiva kif stajna nikkonfermaw aħna stess u oħrajn li ggustaw dawn it-tip ta’ prodotti.
L-irkotta hi wkoll l-ingredjent ewlieni li juża Mario Attard biex jipproduċi l-ġelat tiegħu – uniku jgħidilna għaliex is-sostituzzjoni tal-irkotta flok xaħmijiet aktar kumplessi joħolqu prodott li huwa aktar tajjeb għas-saħħa.
Il-ħalib u l-produzzjoni ta’ prodotti minnu kien akkumpanjat minn divertiment kontinwu; u f’xi waqtiet spontanju li kompla jikkumplimenta l-atmosfera ta’ kultura; folklor u wirt tradizzjonali f’din il-lokalità.

The post F’Ħal Għargħur: Riċetta sigrieta tal-irkotta u l-ġbejniet appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles