It-tewmin Indjani li twieldu mqabbdin ma’ xulxin minn qaddhom u li huma meqjusa bħala inkarnazzjoni divina qegħdin isostnu li ma jridu jinfirdu qatt minn xulxin.
It-tewmin illum għandhom 12-il sena u qegħdin isostnu li se jibbqgħu mqabbdin ma’ xulxin anke meta jikbru.
It-tewmin jaqsmu bejniethom erba’ jdejn u żewġ saqajn u jirnexxielhom jagħmlu ħafna affarijiet weħidhom.
Shivanath u Shivram Sahu ħolqu għagħa kbira meta twieldu fl-Indja, b’uħud fil-villaġġf fejn jgħixu jqisuhom bħala inkarnazzjoni divina.
Waqt li tabib qal li huwa possibbli li ssir is-separazzjoni tas-subien, it-tnejn li huma jinsabu determinati li jibqgħu flimkien.
Shivram qal li ma jixtiequx li jinfirdu. “Aħna se nibqgħu hekk anke meta nikbru. Irridu ngħixu kif aħna”, sostna t-tifel.
Huma rnexxielhom jagħġbu lit-tobba bl-abbilità tagħhom li jinħaslu, jilbsu u jitimgħu lil xulxin.
Tabib tal-lokal qal lill-qraba li kienu t-tnejn li huma b’saħħithom iżda ma jistgħu jiġu sseparati.
Hu mifhum li jaqsmu bejniethom l-istonku, iżda għandhom qalb, moħħ u pulmuni indipendenti.
Bil-prattika huma tgħallmu jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom ta’ kuljum mingħajr wisq tgergir. Fil-fatt huma jinħaslu, jieklu, jilbsu u saħansitra jagħmlu xagħar xulxin.
Kapaċi jinżlu u jitilgħu t-taraġ weħidhom u anke jiġru fuq is-sit idriegħ tagħhom biex jilagħbu ma’ tfal oħra.



The post It-tewmin imwaħħla li ma jridu jinfirdu qatt appeared first on TVM.