L-Ispeaker tal-Kamra tar-Raprezentanti Anglu Farrugia llum kellu laqgħat bilaterali mad-Dekan u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Akkademja Internazzjonali kontra l-Korruzzjoni, l-IACA. Preżenti għall-laqgħa kien hemm ukoll l-Avukat Ġenerali Peter Grech.
Huma ddiskutew il-possibiltà li Malta ssir membru tal-IACA għax hija waħda mill-ftit pajjiżi tan-Nazzjonijiet Magħquda li għadha mhix membru.
Fi stqarrija tal-Gvern intqal li din il-possibiltà qed tkun ikkunsidrata anke fid-dawl tal-ġlieda tal-pajjiż kontra l-korruzzjoni kif elabora aktar kmieni l-Ispeaker innifsu huwa u jindirizza konferenza fl-Awstrija.
The post Ikkunsidrata s-sħubija ta’ Malta fl-IACA appeared first on TVM.