Minkejja li f’Malta kull parroċċa toħroġ il-purċissjoni tagħha bid-Duluri, waħda mill-aktar Duluri li tqanqal devozzjoni hija dik li toħroġ mill-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt fejn eluf ta’ nies kull sena jimxu warajha jimmeditaw il-passjoni li għadda minnha Kristu.
Xi wħud jirringrazzja lil Maria għal xi grazzja li diġà qalgħu filwaqt li oħrajn jitolbuha grazzja li jenħtieġu. Anke jekk il-ħajja saret teknoloġika u l-avvanzi fix-xjenza għenu biex il-bniedem jifhem ferm aktar id-dinja ta’ madwaru u lilu nnifsu, jibqa’ l-fatt li biex il-bniedem jgħix ħajja f’armonija ma ħuti l-bnedmin jenħtieġ l-għajuna divina bbażata fuq il-fiduċja f’Alla, kif għamlet Maria meta fdat f’Alla bies seħħ dak li rat impossibli.
Din l-obbidjenza għamlet minnha persuna li kulħadd fil-qalb ta’ qalbu jħossu b’xi mod viċin il-figura tal-Madonna speċjalmen fil-mumenti tat-tbatija.
The post Bil-filmat: Eluf jimxu wara d-Duluri appeared first on TVM.