Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

“Żiedt l-ammirazzjoni tiegħi lejn il-persuni għomja” – Joseph Muscat

$
0
0

Fl-ewwel kummenti tiegħu llejla wara li dalgħodu daħal lura għax-xogħol f’Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-sigħat li għamel ma jistax jara minħabba l-inċident tal-Ħadd fiż-Żurrieq, wasslu biex iżied l-ammirazzjoni tiegħu lejn il-persuni għomja li jgħixu ħajja indipendenti.

Fuq il-programm Xarabank fuq TVM, Dr Muscat rrakkonta x’esperjenza għadda minnha l-Ħadd filgħaxija wara li ħasel it-tfal u ftit wara bdew juġawh għajnejh u ma beda jara xejn. Qal li kellhom jieħduh l-isptar u għamel 24 siegħa li matulhom ma seta’ jara xejn.

Qal li issa li għadda kollox seta’ jifhem aħjar kemm jgħaddu minn tbatijiet dawk li huma nieqsa mid-dawl. Sostna kemm hi diffiċli l-ħajja għal dawn in-nies għax ħajjithom tiddependi ħafna drabi fuq ħaddieħor. Il-Prim Ministru qal li dan l-inċident wasslu biex ikabbar l-ammirazzjoni tiegħu lejn il-persuni għomja li jgħixu ħajja indipendenti u kemm dawn in-nies jeħtieġu għajnuna biex ikomplu jgħixu din il-ħajja indipendenti.

Il-Prim Ministru fisser il-biżgħat tiegħu meta f’dawk is-sigħat li għamel nieqes mid-dawl, għal mumenti ħaseb li ma kienx se jara aktar lil uliedu minkejja kull assigurazzjoni li ngħata mit-tobba.

The post “Żiedt l-ammirazzjoni tiegħi lejn il-persuni għomja” – Joseph Muscat appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles