Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijieti ta Persuni bDiżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana kompliet b’aktar żjarat għal għarrieda f’ċentri u postijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bħala Segretarju Parlamentari.
Għalhekk, wara li żaret il-ħaddiema taċ-Ċentru Ħidma Soċjali u iċ-Ċentri ta Matul il-Jum għall-Persuni bDiżabilità, illum żaret id-Djar tal-Anzjani taż-Żejtun, Bormla u tal-Mellieħa.
Dawn iż-żjarat servew biex is-Segretarju Parlamentari tiltaqà iżjed mal-aAnzjani u ma min jieħu ħsiebhom.
L-anzjani residenti f’dawn id-djar ħadu gost jiltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tant li ħafna minnhom ħaduha fil-kmamar rispettivi tagħhom biex juruha affarijiet personali u importanti għalihom.
Dr Justyne Caruana ltaqgħet wkoll mal-membri tal-assoċjazzjoni tar-Residenti fiż-Żejtun.
Bħalma ikkommettiet ruħha mal-Persuni bDiżabilità, fi kliemha mal-anzjani fid-Djar tal-Anzjani, is-Segretarju Parlamentari qalet li dawn iż-żjarat ser jibdew ikunu b’mod regolari u għal għarrieda, bl-għan li ma tinterrompix ix-xogħol ta’ kuljum ta’ min jieħu ħsiebhom.


The post Justyne Caruana tkompli tiltaqa’ mal-anzjani appeared first on TVM.