Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Esebizzjoni f’Londra dwar il-moda Taljana

$
0
0

F’Londra qed issir esebizzjoni fil-Victoria and Albert Museum li tiddokumenta l-istorja dwar il-moda Taljana.

Għall-ftuh tal-esebizzjoni attendew uħud mill-aktar disinjaturi tal-moda stabbiliti bħal Tom Ford; Domenico Dolce; Stefano Gabbana; Valentino; mudelli u atturi.

L-esebizzjoni tiddokumenta ix-xejriet fil-moda Taljana u kif infirxu mad-dinja.

Il-vjagg jibda fl-1945 – u jkompli b’rendikont ta’ kif l-industrija Taljana tal-moda baqgħet tagħmel ħoss qawwi fuq livell internazzjonali.

Minkejja li l-Italja minn dejjem kellha industrija b’saħħitha tal-ħwejjeġ; il-moda kienet injorata mill-bejjiegħa internazzjonali sakemm nies influwenti ħafna fid-dinja tan-negozju bdew jorganiżżaw l-ewwel sfilati tal-moda fil-bidu tas-snin ħamsin. Dawn, immedjatament, kisbu popolarità mal-edituri; pubblikaturi ta’ rivisti u ġurnalisti.

Uħud mill-atturi leġġendarji ta’ dak il-perjodu bħall-Elizabeth Taylor; Ava Gardner u Audrey Hepburn bdew jirrikorru għal disinji Taljani tal-ħwejjeg u ġojellerija u kienu dawn l-atturi li ħadu il-popolarità tal-moda Taljana fuq livell ieħor u rnexxielhom jippopoliżżawha.

L-esebizzjoni tinkludi disinji klassiċi minn Valentino għall-Giorgio Armani; ‘Dolce Gabbana; Gianfranco Ferre; Gucci; Missoni; Versace; Fendi u Prada. L-esebizzjoni se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Lulju.

The post Esebizzjoni f’Londra dwar il-moda Taljana appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles