Fl-għeluq l-20 anniversarju mit-twaqqif taċ-Ċentru tad-Drama Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni qegħdin isiru diversi attivitajiet li qed jagħtu opportunitajiet kbar biex l-atturi Maltin jirfinaw il-ħiliet tagħhom.
Fil-fatt mas-620 student li għandhom bejn il-ħames snin u t-68 sena qegħdin isegwu korsijiet fid-drama, tal-ballet, il-flamenco u anke taż-żfin modern f’ċentru apposta li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għandu fil-Blata l-Bajda.
Din is-sena hija sena speċjali għall-istudenti tad-drama li hawnhekk jiżviluppaw it-talenti tagħhom bħala atturi. Fl-iskola tad-drama jitħarrġu kif għandhom jitgħallmu l-versi iżda wkoll kif jesprimuhom.
L-atturi jridu jgħixu l-parti nnifisha biexl l-udjenza tidħol fl-istorja li jkunu qed jintrepretaw. Bażikament din hija d-differenza bejn attur tajjeb u ieħor anqas tajjeb u kollox jiddependi fuq il-fatt li l-attur ikun jaf juża l-potenzjal kollu fil-persuna tiegħu biex il-messaġġ li jrid iwassal ikun b’saħħtu biżżejjed li jżomm lill-udjenza.
Biex il-livell tal-atturi Maltin ikompli jissaħħaħ, iċ-Ċentru tad-Drama Malti ġab Malta lil Julie Saunders li hija attriċi magħrufa biex tgħallem lill-atturi Maltin biex jgħixu l-mument fuq il-park bħallikieku qed jesprimuhom fil-verità u mhux sempliċiment jirreċtawhom.
The post Atturi Maltin “jirfinaw it-talent” ma’ Julie Saunders appeared first on TVM.