Livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jagħmilx ġid għall-ħajja miżżewġa għax iwassal biex il-membri tal-koppja jkunu rrabjati u aggressivi.
Studju ġdid ippublikat fil- Proceedings of the National Academy of Sciences jgħid li dan joħroġ minnstudju ta’ 107 koppji li, għal 21 jum, ħadu l-livell taz-zokkor tagħhom kull fil-għodu qabel il-fatra.
Barra minn hekk, ix-xjenzati tawhom pupa li jużaw fil-voodoo u 51 labra u huma kienu mitluba biex, b’mod sigriet, idaħħlu dal-labar fil-pupa qishom qed jisfugaw ir-rabja tagħhom fuq il-partner.
Irriżulta li aktar ma z-zokkor kien baxx, aktar daħħlu labar fil-pupa!
The post Il-livell baxx ta’ zokkor fid-demm jeqred il-ħajja miżżewġa! appeared first on TVM.