Madwar żewġ miljun persuna transgender fl-Indja se jibdew jiġu rikonoxxuti bħala “t-tielet ġeneru” wara deċizjoni tal-Qorti Suprema, li ordnat ukoll lill-gvern jagħtihom kwota bħal ma għandhom minoritajiet oħra f’dak li huwa x-xogħol u l-edukazzjoni.
Flimkien ma’ persuni transesswali, it-trasvestiti jgħixu fil-faqar, imwarrba mis-soċjetà minħabba l-orjentazzjoni tagħhom. Ħafna minnhom jgħixu billi jkantaw u jiżfnu, jitolbu l-karità jew jagħtuha għall-prostituzzjoni. Huma jsofru diskriminazzjoni kbira, tant li f’xi każi anke lp-isptarijiet jirrifjutawhom.
Bid-deċizjoni tal-qorti issa huma jistgħu saħansitra jaddottaw it-tfal.
The post Rikonoxxuti t-transgender fl-Indja… u jistgħu jadottaw appeared first on TVM.