Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Aġġornat: Jaħtfulhom flushom minn ATM f’Buġibba

$
0
0

Persuni li jkunu qed jiġbdu flus minn ATM f’Buġibba allegatament qed ikunu fil-mira ta’ tliet ħallellin. Stħarriġ ta’ tvm.com.mt juri li seħħew mill-inqas żewġ każijiet.

Persuni li kienu qegħdin jiġbdu flushom minn ATM f’Buġibba talbu l-għajnuna tal-Pulizija dwar allegat serq li qed iseħħ minn persuni barranin li qegħdin imorru fuqhom jhedduhom b’sikkina.

serq atmtvm.com.mt huwa infurmat li fl-aħħar jiem, seħħew mill-inqas żewġ każijiet. Sorsi li tkellmu magħna qalu li qed ikun hemm tliet irġiel barranin, tnejn minnhom jibqgħu fuq naħa l-oħra tat-triq faċċata tal-ATM u ieħor li jistenna f’daħla ta’ garaxx, biswit il-bank, fejn ma jinqabadx mill-kamera tas-sigurtà.

Wieħed mill-vittmi li tkellem maċ-ċentru tal-aħbarijiet qal li wara li ġibed il-flus, l-allegati ħallellin marru fuqu u wara li heddewh b’dik li dehret bħala sikkina żgħira, ħarbu minn fuq il-post. Huwa qal li rnexxielu jirreżisti l-ħallellin li spiċċaw ħarbu b’idhom f’idhom. Iżda nifhmu li każ ieħor li seħħ xi jiem ilu, l-allegati ħallellin serqu ammont żgħir ta flus.

L-istess sorsi qalu li l-allegat serq qed isir fil-ħin li l-bank ikun magħluq hekk kif ma jkunx hemm għassa uffiċjal tal-Pulizija.

Tvm.com.mt staqsa lill-Pulizija jekk sarux rapporti dwar dan l-allegat serq bil-Pulizija tgħid li sal-lum ma rċeviet l-ebda rapport. Iżda fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Korp tal-Pulizija, jidher li sar rapport bil-Pulizija tinforma lill-persuna kkonċernata li r-rapport għaddewh lill-uffiċjal inkarigat mid-Distrett tal-Qawra.

The post Aġġornat: Jaħtfulhom flushom minn ATM f’Buġibba appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles