Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Kif juża l-fondi Puttinu?

$
0
0

Il-fondazzjoni Puttinu Cares daħlet fil-qlub tal-poplu Malti. Tul il-lejl li għadda eluf ta’ nies ħadu sehem fil-mixja annwali mill-Mellieħa għall-Isla li permezz tagħha nġabru mal-€75,000 Ewro.

Is-sejħa għall-ġenerożita’ tal-Maltin tkompli l-Ġimgħa filgħaxija, bil-programm Xarabank fuq Television Malta, wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-tmienja, ser ikun iddedikat kollu għall-ġbir ta’ fondi għal Puttinu Cares.

Minn assoċjazzjoni żgħira ħafna li għaxar snin ilu bdiet mill-infermiera u t-tobba li jaħdmu f’sala fl-Isptar San Luqa, illum il-Fondazzjoni Puttinu Cares tgħin mijiet ta’ pażjenti, tfal u adulti. Ic-Chairman tal-Fondazzjoni, Dr Victor Calvagna qal li Puttinu teħtieġ man-nofs miljun ewro fis-sena biex jgħinu lill-pażjenti li jkunu jridu jsiefru barra minn Malta għall-Ingilterra ġeneralment biex jieħdu kura speċjali għal xi marda li jkollhom. Lil dawn il-pazjenti jgħinuhom fl-akkomodazzjoni, trasport u affarijiet oħra.

Barraminnhekk, Puttinu Cares jonqosha €1,400,000 biex tifdi l-ispejjeż tal-appartamenti li bniet f’Sutton għall-pażjenti Maltin u l-qraba tagħhom. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Puttinu Cares, Rennie Zerafa, qal li iktar minn 30 familja fix-xahar jitilgħu għall-kura l-Ingilterra, b’uħud joqgħodu f’wieħed mis-16-il appartament ta’ Puttinu Cares. Qal li flimkien mal-Community Chest Fund, lill-pazjenti u l-qraba li jitilgħu għall-kura l-Ingilterra, jtaffulhom tliet kwarti tat-tbattija tagħhom.

Meta jaslu l-Ingilterra, l-pażjenti jsibu jistennihom voluntier Malti li jgħix l-Ingilterra li jieħu ħsieb l-appartamenti ta’ Sutton u dak kollu li jkollhom bżonn il-pażjenti u l-qraba tagħhom. Wara li jħallsu l-ispejjeż kollha għall-apartamenti f’Sutton, il-ħolma ta’ Puttinu Cares hi li jkollhom proprjeta’ fiċ-ċentru ta’ Londra biex tilqa’ pazjenti li jmorru għall-kura hemmhekk.

The post Kif juża l-fondi Puttinu? appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles