Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit dalgħodu arrestat Libjan li ilu tfittex mit-12 t’April li għadda. Il-Libjan kien arrestat f’ħanut tax-xorb max-xatt ta’ Tas-Sliema.
Il-Libjan allegatament fera żewgt irġiel oħra waqt argument li nqala f’ħanut tax-xorb fi Triq il-Paġell, f’Buġibba fil-10.45 p.m is-Sibt 12 t’April.
Il-vittmi, raġel Palestinjan ta’ 30 sena li jgħix il-Belt u ieħor ta’ 46 sena mill-Eġittu u li jgħix San Pawl il-Baħar, kienu sofrew ġrieħi serji kawża ta’ daqqiet b’sikkina.
tvm.com.mt kien infurmat li ż-żewġ barranin kienu fil-ħanut fejn kien qed jiġi organizzat party.
Ħin minnhom daħal l-allegat agressur u jidher li nqala argument.
Waqt li l-aggerssur beda jxejjer sikkina, inqalgħet kommozzjoni bejn dawk preżenti bil-Palestinjan jintlaqat b’żewġ daqqiet f’għonqu u tnejn oħra f’dahru.
Persuni li kienu tkellmu ma’ tvm.com.mt quddiem il-post li fih seħħet il-ġlieda qalu li din eskalat bil-konsegwenza li ssuktat fit-triq, bil-Palestinjan jispiċċa fuq windscreen ta’ karozza privata u nkisret bih., filwaqt li l-vittma l-ieħor spiċċa waqa’ midrub f’għadira demm fit-tarf tat-triq, kantuniera ma Triqi l-Mazzola.
The post Arrestat il-Libjan li fera żewġt irġiel f’Buġibba appeared first on TVM.