Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

‘Beyond the Moon’ bi spalla ta’ lukanda lokali

$
0
0

Il-fergħa lokali ta’ organizzazzjoni li twaqqfet il-Belġju magħrufa bħala, Beyond the Moon sabet spalla ta’ lukanda biex tiġbor fondi li permezz tagħhom toffri btala imħallsa lit-tfal b’mard terminali flimkien mal-familji tagħhom bl-iskop ewlieni li jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien ‘il boghod mill-isptar u mit-trattamenti mediċi.

Imwaqqfa il-Belġju, ‘Beyond The Moon’ ħadet mijiet ta tfal – kollox imħallas – kemm Euro Disney f’Pariġi kif ukoll f’postijiet oħra ta’ rikreazzjoni fl-Olanda.

Matul il-jum tal-Ħamis, fil-ġnien tal-lukanda Corintha Palace f’Ħ’Attard, ittellggħet fiera fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, bl-iskop li jinġabru fondi għall-organizzazzjoni ‘Beyond The Moon. Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca żaret din il-fiera u faħħret ix-xogħol li qed twettaq din l-oganizzazzjoni għat-tfal li għandhom marda terminali.

Marisa Xuereb, li tirrappreżenta lil ‘Beyong the Moon’ f’Malta, spjegat lil TVM li fl-2006, il-lukanda Corinthia Palace ingħaqdet ma’ din l-organizzazzjoni, u grazzi għal attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, fl-aħħar tmien snin, gawdew minn vaganza speċjali 11-il tifel u tifla.

Hija qalet li kull tifel u tifla li tiġi nnominata, qabel ma jsifruhom, l-organizzazzjoni titkellem mal-isptar u mal-awtoritajiet mediċi biex jaraw jekk il-każ huwiex ġenwin u jekk it-tfal jistgħux isiefru.

The post ‘Beyond the Moon’ bi spalla ta’ lukanda lokali appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles