Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

“Il-Koħħu” joħroġ mill-isptar wara li qala’ tliet tiri f’rasu

$
0
0

Vince Muscat ta’ 52 sena magħruf bħala “il-Koħħu” li fid-9 ta’ April li għadda ntlaqat minn tliet tiri f’rasu ħareġ mill-Isptar wara intervent kirurġiku li saru fuqu fl-Isptar Mater Dei.

L-attentat fuq il-ħajja ta’ Muscat seħħ eżatt kif ħareġ mid-dar tiegħu fi Triq Bordin fl-Imsida u rikeb il-karozza tiegħu. Dak il-ħin waqfet karozza ħdejn il-karozza tiegħu u minnha ġew sparati sitt tiri.

Minkejja li kien milqut serjament huwa rnexxielu jsuq lejn l-Għassa tal-Imsida fejn daħal jgħajjat li sparawlu u waqa’ fl-art mimli dmija u ntilef minn sensih. tvm.com.mt huwa infurmat li waqt li l-Pulizija kellmuh huwa qed iżomm ħalqu magħluq dwar min seta kien wara l-attentat fuq ħajtu.

The post “Il-Koħħu” joħroġ mill-isptar wara li qala’ tliet tiri f’rasu appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles