Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-Birdlife tallega li l-Pulizija ċemplu lill-FKNK biex jistaqsu dwar Packham

$
0
0

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta allega li membri tal-Pulizija ċemplu lil Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti biex jistaqsu kif kienu se jipproċedu meta l-preżentatur tal-BBC, Chris Packham, kien ffaċċjat minn kaċċaturi fil-Miżieb. Il-Birdlife tat ir-reazzjoni tagħha dwar l-andament tal-kaċċa fl-istaġun li għadu kemm intemm.

Fir-Riżerva Naturali tas-Simar fix-Xemxija, il-membri tal-Birdlife wrew lill-ġurnalisti filmat li juru uffiċjal tal-pulizija miexi lejn il-Miżieb waqt li l-preżentatur tal-BBC Chris Packham kien qed jiffilmja fiż-żona.  Il-Birdlife qed tallega li l-uffiċjal tal-pulizija tfaċċa f’temp ta’ ftit minuti u li ċempel lill-FKNK biex jistaqsihom kif kellhom jipproċedu.

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta, Steve Micklewright, staqsa jekk kinetx kumbinazzjoni li l-uffiċjal tal-pulizija wasal daqshekk malajr meta s-soltu qalu li jdumu jistennew medja ta’ siegħa biex tasal l-assistenza mill-pulizija.

L-uffiċjali tal-Birdlife allegaw li sitt volontiera tagħha qed jiffaċċjaw akkużi għal-libell kriminali minħabba stqarrijiet li għamlu fil-media.  Qalu li l-kummissarju dwar il-protezzjoni tad-data talab lil Birdlife biex tħallas multa talli intwerew filmati tal-kaccaturi. Il-Birdlife qalet li se tappella minn  din id-deċiżjoni.

Is-sur Micklewright qal li l-awtoritajiet għamlu l-almu tagħhom biex iżidu l-infurzar u mad-69 uffiċjal kienu qed iwettqu monitoraġġ tas-sitwazzjoni. Qal li jistmaw li dan sewa mija u erbgħa u sebgħin elf ewro; kważi 11-il ewro għal kull għasfur li seta’ jinqatel.

Uffiċjali tal-Birdlife qalu li kkuraw 18-il għasfur protett tul l-istaġun u żewġ għasafar oħra li ndarbu qabel ma fetaħ l-istaġun.

Qalu li dan in-numru huwa ferm aktar għoli minn meta l-istaġun tal-kaċċa kien ingħalaq wara deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għall-ġustizzja bejn l-2008 u l-2010.

The post Il-Birdlife tallega li l-Pulizija ċemplu lill-FKNK biex jistaqsu dwar Packham appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles