Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Tazza tad-Dinja: Minn Lufthansa għal Fanhansa!

$
0
0

Tmien ajruplani tal-linja tal-ajru Ġermaniża Lufthansa se jkunu qegħdin jaqilbu isimhom għal Fanhansa b’rabta mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja li se jittellgħu fil-Brażil. Fi stqarrija Lufthansa qalet li din hija l-ewwel darba li l-Lufthansa se jkunu qegħdin jibdlu l-logo tagħhom għal perjodu ta’ żmien mindu bdew joperaw 60 sena ilu.

L-ewwel titjira bil-Fanhansa Airbus se ssir fis-16 ta’ Mejju li ġej minn Munich għal Hamburg u Londra.

“Fanhansa mhix biss logo fuq l-ajruplan – hija sorpriża għall-klijenti kollha tagħna u ringrazzjament għall-ammiraturi tagħhna,” qal Alexander Schlaubitx, Kap tal-Marketing tal-linja tal-ajru Lufthansa. Qal li fil-jiem li ġejjin, se jkunu qed joħolqu esperjenza ġdida ta’ vvjaġġar b’għadd ta’ promozzjonijiet differenti. “M’hemmx dubju li se nkunu qegħdin inġorru l-aktar partitarji kuntenti lejn il-Brażil bil-Fanhansa, fejn se noffrulhom l-aqwa atmosferma tat-Tazza tad-Dinja u l-eċċitament kollu li ġġib il-logħba tal-futbol”, temm jgħid Schlaubitz.

 

The post Tazza tad-Dinja: Minn Lufthansa għal Fanhansa! appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles