Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

L-Indja bi Prim Ministru ġdid

$
0
0

Narendra Modi, nħatar Prim Ministru ġdid għal Indja wara li rebaħ b’mod konvinċenti elezzjoni deċiżiva. Huwa ngħata merħba ta’ eroj mal-wasla tiegħu fil-kwartieri tal-partit BJP f’Delhi wara li tħabbar ir-riżultat.

Ir-rebħa ta’ Modi wittietlu t-triq biex jifforma Gvern mingħajr ħtieġa ta’ koalizzjoni ma’ xi partit ieħor. Manmahom Singh, li jmexxi l-partit tal-Kungress u li ġarrab telfa kbira, irriżenja mill-ewwel mill-kariga ta’ Prim Ministru. Narendra Modi li huwa Hindu u kien il-ministru ewlieni fl-istat ta’ Gujarat fil-Punent tal-Indja, rebaħ bl-għajta li se jerġa’ jqajjem l-ekonomija Indjana.

Minkejja r-rebħa kbira tiegħu, Narendra Modi għandu mdendel fuq rasu, id-dell tar-rewwixti f’Gujarat 12-il sena ilu fejn inqatlu mill-inqas elf ruħ, kważi kollha Musulmani. Modi dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet u qatt ma nħarġu akkużi kontrih.

The post L-Indja bi Prim Ministru ġdid appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles