Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ħabbar li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jniedi l-ewwel proġett f’Taċ-Ċawla, fir-Rabat Għawdex fejn se jiġu installati 200 pannella fotovoltajika.
Waqt żjara li għamel illum waranofsinhar lil familja Said fil-Munxar, Dr Muscat qal li l-Gvern se jkompli jgħin lill-familji biex ikollhom aktar flus fil-but. Dan billi se jinvesti f’pannelli fotovoltajiċi fl-oqsma tad-djar.
Dr Muscat qal ukoll li ħafna familji se jkunu qegħdin jiffrankaw aktar minn 25 fil-mija fuq il-kontijiet tagħhom, bil-maġġoranza tagħhom se jkunu qegħdin jiffrankaw aktar minn 30 fil-mija.
Il-Prim Ministru semma wkoll li f’Għawdex, il-Gvern se jibni u jiftaħ l-ewwel dar tal-anzjani, filwaqt li l-Għawdxin issa qed jirċevu l-kura tal-kimoterapija fl-Isptar Ġenerali ta’ Ghawdex u m’għandhomx għalfejn jgħaddu mill-iskariġġ li jmorru Malta.
The post Investiment ta’ 200 pannella f’qasam tad-djar f’Għawdex appeared first on TVM.