Bosta xufiera dalgħodu ikkuntatjaw lil tvm.com.mt jilmentaw mill-periklu minn żiemel li sidu ddeċieda li joħorġu għal passiġata qalb il-karozzi f’waħda mill-aktar toroq traffikużi fil-pajjiż.
Ir-ritratt li bagħtulna qarrejja ta’ tvm.com.mt juri liż-żiemel ma’ sidu mexjin f’salib it-toroq ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Dawk li għamlu kuntatt magħna esprimew it-tama li mhux se tidħol moda ġdida ta’ kif id-dilettanti taż-żwiemel joħorgu fit-toroq, bil-pass minflok bis-serkin!
Ibgħatulna ritratti fuq news@pbs.com.mt
Qarrejja ta’ tvm.com.mt bagħatulna dawn iż-żewġ ritratti t’hawn taħt li juru żewġ żwiemel tas-serkin jokkupaw iż-żewġ karreġġjati tat-triq, itellqu f’Tal-Barrani.
Il-karozzi ta’ warajhom jidher li kienu sħab tal-ġerrejja u qagħdu apposta warajhom biex jagħlqu t-triq sakemm issir it-tellieqa.


The post AĠĠORNAT: Passiġata biż-żiemel fi triq traffikuża appeared first on TVM.