Il-Pulizija Torok li qed jinvestigaw it-traġedja fil-minjieri fil-Punent tat-Turkija, arrestaw 18-il ruħ fosthom eżekuttivi tal-kumpanija tal-minjieri.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ intemmet is-Sibt wara li kienu rikoverati l-aħħar żewġ katavri.
L-ammont ta’ nies mejta f’din it-traġedja tela għal 301.
Din huwa l-agħar diżastru tal-minjieri fit-Turkija.
Mit-traġedja tat-Tlieta ‘l quddiem, ma waqfux il-protesti kontra l-Gvern u l-kumpaniji tal-minjieri.
Kemm il-Gvern Tork kif ukoll il-kumpanija Soma Holdings insistew li l-ispluzzjoni ma seħħitx minħabba negliġenza.
Id-diżastru seħħ meta kien hemm spluzzjoni li xerdet il-gass carbon monoxide fil-mini fil-ħin meta taħt l-art kien hemm 787 ħaddiem.
The post Turkija: Arrestati 18-il ruħ fuq it-tragedja tal-minjiera appeared first on TVM.