Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ara lil Conchita Maltija!

$
0
0

Bil-lejħa u transvestita Conchita Wurst il-kantanta mill-Awstrija li bdiet il-karriera tagħha bl-isem veru tiegħu Thomas jew aħjar “Tom” Neuwirth kienet ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Madankollu l-personalità li żviluppa bħala Conchita Wurst – drag queen bil-leħja, ħalliet l-akbar impressjoni fil-Eurovision.

Neuwirth li kien ħareġ bħala drag queen bl-isem ta’ Conchita Wurst fl-2011, ma ħarisx lura tant li bil-kanzunetta Rise Like A Phoenix, rebaħ dan il-konkors li jarawh miljuni ta’ telespettaturi madwar l-Ewropa.

Dwar it-trijonf ta’ Wurst ftit hemm xi tgħid, ħlief li ma kinitx sorpriża, kemm għall-vuċi tagħha, l-interpretazzjoni u l-melodija tal-kanzunetta nfisha.

Wurst ġibdet simpatija kbira f’diversi pajjiżi għall-personalità li rnexxielha tibni u f’Malta jidher li għandha wkoll ammiratur, Warren Tabone mill-Belt li jixbaħha ħafna. Fil-fatt ma’ tvm.com.mt stqarr li kienu bosta li ġibdulu l-attenzjoni għax-xebħ li għandu ma’ Wurst.

F’post ta’ divertiment ilbieraħ f’Tas-Sliema huwa ta l-ewwel drag show tiegħu bħala Conchita. Għalkemm aktar aġitat fil-mossi tiegħu minn dawk tal-kantata Awstrijaka, il-verżjoni Maltija ta’ Conchita xorta waħda ntlaqgħet b’applaws kbir minn dawk preżenti u jidher li din l-esperjenza se tkun qed tieħdu wkoll lil hinn minn xtutna.

The post Ara lil Conchita Maltija! appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles