Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

“Band on the Run”… il-banda għal V18

$
0
0

“Band on the Run” hi attività tal-Fondazzjoni V18 bil-għan aħħari li tiġi ffurmata banda taż-żgħażagħ għall-attivitajiet uffiċjali li se jittellgħu meta fi żmien erba’ snin l-Belt ikollha t-titlu tal-kapitali Ewropea tal-Kultura.

It-tħejjijiet għal meta l-Belt Valletta se tkun il-belt kulturali Ewropea għaddejjin f’kull livell, fosthom issa wkoll bil-proġett Band on the Run fejn il-Fondazzjoni V18 se żżur għadd ta’ għaqdiet mużikali madwar il-pajjiż biex tiġbor l-aħjar talenti mużikali u tiġi ffurmata l-Banda tal-V18 magħmula miż-żgħażagħ u li ddoqq f’attivitajiet uffiċjali tal-fondazzjoni.

Il-Ħadd filgħodu, fis-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ ta’ Bormla saret waħda minn dawn l-attivitajiet fejn numru ta’ bandisti ngħaqdu u fost l-oħrajn kellhom workshop dwar il-mużika.

L-Iscouts ta’ Cospicua ngħaqdu wkoll mal-mużiċisti tal-banda.

The post “Band on the Run”… il-banda għal V18 appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles