Miriam Elabed ta’ 21 sena mill-Belt tressqet il-Qorti akkużata b’serq, theddid u prostituzzjoni.
Hija kienet akkużata li fit-12 ta’ Ġunju għal ħabta tan-nofs il-lejl f’Ta Xbiex serqet mobile, ċurkett tal-fidda, kartiera tan-nisa, credit card u handbag b’dannu għal Katia Falzon u li serqet lil Amanda Mercieca kartiera u handbag.
Elabed kienet akkużata wkoll li żammet lin-nisa kontra l-volontà tagħhom u heddithom bi flixkun imkisser.
L-istess persuna kienet akkużata wkoll li fl-4 ta’ Ġunju f’Tas-Sliema serqet mobile phone u credit card b’dannu għal Roxanne Bugeja u wkoll serqet mazz ċwievet b’dannu għal Chandru Mohnani.
L-imputata kienet akkużata wkoll li fil-lejl tat-13 ta’ Ġunju tlajjat għal skop ta’ prostituzzjoni.
Hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Qorti ma tagħtix il-ħelsien mill-arrest u baqgħet miżmuma arrestata fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
The post Tiċħad sensiela ta’ akkużi ta’ serq u tibqa’ tinżamm il-ħabs appeared first on TVM.