Il-Ministru Emanuel Mallia qal illejla fil-Parlament li mill-2001 sal-lum, daħlu f’Malta 18,956 immigrant irregolari f’Malta.
L-iktar sena li rat fiha l-akbar wasliet ta’ immigranti irregolari kienet l-2008 fejn waslu Malta 2,775 fil-biċċa l-kbira tagħhom irġiel.
Mill-istatistika ppreżentata jirriżulta li 14,517 kienu rġiel, 1,686 kienu minuri subien, 2,361 nisa u 392 minuri bniet.
The post 18,956 immigrant fi ftit anqas minn 14-il sena appeared first on TVM.