Kien hemm 1400 persuna li ġew akkuzati fit-Tribunal distrettwali li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fis-sena skolastika 2012 – 2013.
Dan intqal mill-Minsitru ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba parlamentari lid-deputat Luciano Busuttil.
Il-Ministru Bartolo ta dettalji ta kemm persuni gew akkużati li ma bagħtux l-uliedhom l-iskola bejn l-2009 u l-2013. L-aktar sena li fiha ġew akkużati persuni b’dan in-nuqqas kienet fis-sena skolastika 2010-2011.
Il-lokalitajiet li minnhom tressqu l-aktar psersuni akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola huma l-Belt, Bormla Ħal Qormi u Birkirkara.
The post 1,400 akkużati li bagħtux lil uliedhom l-iskola appeared first on TVM.