Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

$
0
0

Times of Malta tirrapporta li għalliem intbagħat sitt snin ħabs wara li nstab ħati li kkorrompa student li kellu bejn 12 u 16-il sena. Il-każ imur lura għas-snin disgħin.

Rapport ieħor jgħid li sitt lokalitajiet Maltin f’żoni turistiċi u industrijali ġew identifikati biex fihom l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar tista’ tagħti l-permess għal bini ta’ aktar minn għaxar sulari sakemm ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet għal dan l-iżvilupp.

Ritratt separat juri xogħol li għaddej fit-toroq ta’ fejn il-bajja Spinola f’San Ġiljan, hekk kif il-ġurnal jgħid li dan qajjem rabja kbira, l-aktar minħabba li biswit dawn it-toroq fejn diversi nies imorru jsegwu l-logħob tat-Tazza tad-Dinja.

The Malta Independent tikkwota lill-Prim Ministru fir-rigward tar-rapporti tal-interċetettar tal-telefonati fuq il-mobile, fejn qal li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni jnaqqsu s-sigurtà nazzjonali.

Storja oħra tgħid li mistoqsijiet parlamentari dwar l-allegat tneħħija ta’ akkużi kontra uffiċjali tal-Pulizija baqgħu mhux imwieġba.

Ritratt separat juri żewġ tfajliet lesbsin il-kuluri tal-bandiera Ġermaniża hekk kif iċċelebraw ir-rebħa ta’ erbgħa b’xejn kontra l-Portugal.

In-Nazzjon tgħid li l-UĦM qed tistenna risposta mill-Gvern u lesta tieħu azzjonijiet industrijali fit-trasport pubbliku kif tistenna li tkun ir-rappreżentanta ewlenija tal-ħaddiema.

Tgħid ukoll li b’rabta mar-riforma li jrid iwettaq il-Gvern fis-sistema tal-gwardjani lokali, il-Partit Nazzjoanlista qed jipproponi li s-sistema għandha titħaddem mill-kunsilli għax jemmen li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fil-livelli l-aktar viċin in-nies.

Rapport ieħor jgħid li Michael Schumacher ħareġ mill-koma li kien ilu fiha minn Diċembru li għadda. U ritratt separat juri n-nirien li ħakmu l-maħżen li jinsab taħt il-parkeġġ tal-Lukanda Radisson f’San Ġiljan.

l-orizzont tgħid li wara li l-Fondazzjoni Aditus irrakkomandat li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jingħataw id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet lokali, jidher li għalissa mhux se ssib l-appoġġ tal-Gvern, bil-prijorità fi kliemu hijal-integrazzjoni/

Rapport ieħor jgħid li l-Knisja tixtieq tikkomunika b’mod ħieles bħal ħaddieħor u ma titlobx privileġġi u vantaġġi. Dan qalu l-Arċisqof Pawl Cremona fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.

 

 

 

The post Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles