Mara ddaħlet l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ ftit qabel is-6 p.m. fil-by pass bejn Għajn Tuffieħa u x-Xemxija.
tvm.com.mt hu nfurmat li għal xi raġuni s-sewwieqa tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’ħajt.
B’xorti tajba l-karozza ma waqgħetx għal isfel fl-għelieqi m’għola aktar minn sular, fejn li kieku ġara hekk il-konsegwenzi kienu jkunu agħar.
Il-vettura kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tax-Xemxija.
Fuq il-post ssejjħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.
The post Mara teħlisha ħafif f’inċident fil-by pass t’Għajn Tuffieħa appeared first on TVM.