Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Khattala: il-Libjani jipprotestaw mal-Amerikani

$
0
0

salah-almarghaniUffiċjali tal-gvern Libjan ikkundannaw il-ħidma li wettqu l-Amerikani jumejn ilu meta arrestaw lil Ahmed Abu Khattala, suspettat li kien il-moħħ wara l-attakk fuq il-konsulat Amerikan f’Bengażi fl-2012.

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Salah al-Marghani (lemin), qal li l-arrest ta’ Khatalla kien attakk fuq is-sovrenità tal-pajjiż u nsista li Khatalla jittieħed lura l-Libja biex jgħaddi ġuri hemmhekk.

Sadanittant, l-Amerikani nfurmaw lill-Kunsill tas-Siġurtà tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li kienu qabdu lil Khattala mil-Libja għax l kienu konvinti li kien qed jippjana attakki oħra kontra l-Amerikani.

F’ittra lill-Kunsill, li tagħha l-Associated Press għandha kopja, l-Ambaxxatur Amerikan  Samantha Power qalet li l-qbid ta’ Khattala kien meħtieġ biex ma jsirux attakki armati kontra pajjiżha u skont id-dritt tal-Amerikani li jiddefendu lilhom infushom.

Power qalet li Khattala se jgħaddi ġuri f’qorti federali Amerikana.

The post Khattala: il-Libjani jipprotestaw mal-Amerikani appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles