Uffiċjali Brażiljani qalu li kkonfiskaw 39 kg ta’ caramel spread mingħand it-tim tal-futbol tal-Urugwaj malli dawn waslu fil-Brażil għat-Tazza tad-Dinja.
Il-caramel spread, dulce de leche, hija popolari ħafna fl-Urugwaj iżda l-awtoritajiet Brażiljani qalu li hija magħmula mill-ħalib u teħtieġ dokumentazzjoni sanitarja li m’għandhiex.
Uffiċjal mid-dipartiment tal-agrikoltura Brażiljan kien ikwotat jgħid li l-Urugwajani jistgħu jieħdu l-prodott lura malli jipreżentaw id-dokumenti neċessarji inkella jistgħu jiġbruh huma u jħallu l-Brażil.
Mhux magħruf jekk kienetx persuna waħda li kienet qed iġġorr il-vażżetti kollha ta’ dulce de leche jew jekk kienux tqassmu fost il-pleyers kollha.
L-eks goalkeeper tal-Urugwaj Juan Castillo qal li t-tim kien ħa miegħu dan il-prodott meta lagħab fit-Tazza tad-Dinja li kienet saret erba’ snin ilu fl-Afrika t’Isfel u ma kellhomx problemi mad-dwana.
Dulce de leche hija magħmula mill-ħalib, zokkor, bikarbonat u essenza tal-vanilla.
Hija popolari ħafna fuq il-ħobż, pancakes u gallettini jew fuq il-frott jew il-ġelat.
L-Urugwaj diġa tilfu meta lagħbu kontra Costa Rica 3 – 1 b’ħafna partitarji qalu li dan seħħ minħabba n-nuqqas ta’ dulce de leche.
Illejla l-Urugwaj se jilgħabu kontra l-Ingliżi.
The post Il-Brażil jikkonfiska l-’caramel spread’ tat-tim tal-Urugwaj appeared first on TVM.