Kienu bosta dawk li lbieraħ innotaw lill-midfielder tal-Kosta tal-Avorju Serey Die hekk kif beda jindaqq l-innu nazzjonali ta’ pajjiżu. Dawk quddiem it-televiżjoni ħassew għoqla fi griżmejhom x’ħin il-kamera ffokat fuq wiċċ dan il-plejer u ġabet dik l-emozzjoni ta’ qsim il-qalb. Ħafna ħasbu li din il-bikja kienet b’reazzjoni għas-sena ta’ patrijottiżmu u l-kburija li kien qed jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu f’din l-akbar kompetizzjoni fid-dinja. Madankollu meta mistoqsi għaliex infaqa’ jibki huwa qal: “Kont se nilgħab għall-pajjiżi.Iżda veru li ħsibt f’missieri li miet fl-2004,” huwa żied jgħid.
Huwa ċaħad xnigħat li beda jibki qabel il-logħba mal-Kolombja għax miet missieru sagħtejn qabel il-logħba li spiċċaw tilfuha bl-iskor ta’ 2-1.
Il-plejer Kolumbjan Radamel Falcao kien wieħed minn dawk li bela’ x-xniegħa li missier Die miet sagħtejn qabel il-logħba hekk kif fuq twitter kiteb: “A big hug for Serey Die today he was a great example for all of us who love this sport,” - Tgħanniqa kbira lil Serey Die hekk kif kien ta’ eżempju kbir għalina lkoll li nħobbu dan l-isport.”
The post Qasam il-qlub ta’ bosta f’bikja ma tispiċċa qatt appeared first on TVM.