Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Jonfqu £6.5m minħabba Assange

$
0
0

L-awtoritajiet tal-Ekwador qalu li ma kien hemm ebda progress fit-taħdidiet mal-Ingliżi dwar Julian Assange, il-mexxej ta’ WikiLeaks li kixef għawar kulħadd bil-materjal sigriet li ppublika, u li beda t-tielet sena kenn politiku fl-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra.

Assange mar hemm biex ma jiġix stradit lejn l-Isvezja biex iwieġeb għal akkużi ta’ fastidju sesswali u stupru.

Ir-radju LBC ta’ Londra rraporta esklussivament li f’dawn is-sentejn il-gvern Ingliż nefaq is-somma ta’ £6.5 miljun biex iżomm puliżija għassa barra l-ambaxxata tal-Ekwador ħalli Assange ma jkunx jista’ joħroġ. Dan ifisser nefqa ta’ £9,000 kuljum.

 

 

The post Jonfqu £6.5m minħabba Assange appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles