Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Raġel l-isptar wara inċident bil-mutur fil-Marsa

$
0
0

Sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena minn Raħal Ġdid iddaħħal l-isptar għal kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 p.m. fi Triq l-Istabal, it-triq li hemm maġenb il-korsa l-antika taż-żwiemel tal-Marsa. Minn tagħrif li kiseb TVM minn fuq il-post jirriżulta li l-mutur kien qed jinstaq mid-direzzjoni tal-Marsa lejn Ħal Qormi, hekk kif wasal ftit qabel salib it-toroq ma Triq l-Ingiered, għal xi raġun tilef il-kontrol, bil-konsegwenza li skidja u spiċċa ħabat fuq quddiem ta karozza, misjuqa minn mara ta 24 senam inn Birżebbugia, li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn sewwiqa li nzertaw għaddejjin mit-triq, sakemm fuq il-post waslet ambulanza li ħaditu l-isptar għal kura.

Waqt li l-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kienu fuq il-post sabiex jidderieġu t-traffiku, rapport tal-inċident tħejja mill-Pulizija tad-Distrett.

 

The post Raġel l-isptar wara inċident bil-mutur fil-Marsa appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles