Il-politiċi Spanjoli ammettew li qed iħaffu l-proċess biex tgħaddi liġi ġdida bil-għan li tipproteġi lill-eks Re ta’ Spanja Juan Carlos minn żewġ kawżi dwar paternità.
Juan Carlos li għandu 76 sena, tilef l-immunità milli jitressaq quddiem il-Qorti wara li għadda l-poter lil ibnu Felipe wara li kien ilu fit-tron għal 39 sena.
Politiku Spanjol qal li l-emendi se jiżdiedu mal-pakkett ta’ riformi ġudizzjarji biex tkun il-Qorti Suprema Spanjola biss li tisma’ kawżi kontra Juan Carlos.
Fl-2012, kienu nfetħu żewġ kawżi dwar paternità kontra Juan Carlos.
Alberto Sola Jimenez mir-reġjun ta’ Katalunja ta’ Spanja u Ingrid Jeanne Satiau, li hija ċittadina Belġjana, t-tnejn qed jgħidu li huma t-tfal ta’ Juan Carlos.
L-immunità legali li kellu kienet tfisser li l-kawżi ma setgħux jiġu proċessati dak iż-żmien iżda issa li m’għadux aktar Re, jista’ jitressaq quddiem il-Qorti.
The post Spanja tħaffef biex tipproteġi lil Juan Carlos minn kawżi dwar paternità appeared first on TVM.