Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-fjamingu jibqa’ bla isem

$
0
0

Il-fjamingu li qatta’ l-aħħar jiem fis-Salini, limiti tal-Qawra, matul il-lejl li għadda temm il-btala li kien qed jagħmel f’Malta u tar lejn Sqallija.

Il-fjamingu kien deher għall-ewwel darba l-ġimgħa l-oħra f’Marsaxlokk u mbagħad sal-bieraħ filgħaxija qagħad fis-Salini.

Il-fjamingu li huwa protett bil-liġi, kien mgħasses 24 siegħa kuljum minn impjegati u voluntiera tal-BirdLife, residenti u pulizija u rawh iħalli Malta għall-ħabta tal-11 p.m.

Li kieku l-fjamingu estenda ż-żjara f’Malta, bejn illum u għada, l-BirdLife stiednet lill-pubbliku biex iżur is-Salini ħalli jara u jitgħallem aktar dwar dan l-għasfur u jagħtih isem.

Iżda l-fjamingu laħaq telaq qabel din l-attività u għalhekk se jibqa’ bla isem.

Il-filmati tal-fjamingu, nġibdu mill-cameraman ta’ TVM Justin Vassallo nhar il-Ħamis li għadda.

Are wkoll: http://www.tvm.com.mt/news/ghassa-stretta-ghal-fjamingu/

The post Il-fjamingu jibqa’ bla isem appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles