Il-President Marie Louise Coleiro Preca dalgħodu ħabbret il-formazzjoni tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà bil-għan li toħloq spazju fejn il-pubbliku jiġi flimkien u permezz ta’ djalogu jiddiskutu x’xinhu ta’ ġid għas-soċjetà.
Il-Fondazzjoni se tkun tħaddan fiha erba’ entitajiet li ser ikun qegħdin jiffukaw fuq temi speċifiċi. Dawn huma l-Istitut Nazzjonali għat-Tfulija, ċ-Ċentru għar-Riċerka fuq il-Familja, l-Osservatorju għall-Għixien Xieraq u ċ-Ċentru għall-Ħelsien mill-Vizzji.
Il-President Coleiro Preca qalet li se jitwaqqaf ukoll Kunsill tal-Gvernaturi magħmul minn Presidenti Emeriti u eks Prim Ministri, li permezz ta’ djalogu strutturat ikunu jistgħu jikkontribwixxu fuq dak li jaħsbu li jista’ jkun ta’ ġid għas-soċjetà.
Spjegat kif fi ħdan il-fondazzjoni se jkun hemm fora li tikkonċentra fuq oqsma speċifiċi bħat-tfal, l-ambjent, l-anzjani, l-familja, persuni b’diżabilità, l-arti u l-kultura u d-djalogu inter-reliġjuż. Din il-fora se tkun qed tiltaqa’ flimkien fil-Forum tal-President biex jiġu diskussi kwistjonijiet li jolqtu direttament lin-nies.
Is-Sinjura Colreio Preca qalet li dan huwa l-mod kif titħaddem u tissaħħaħ id-demokrazija fejn kull ċittadin jista’ jkun attiv fid-diskussjoni ta’ temi komnuni li jġibu n-nies flimkien. Sosniet li di il-Presienza se tkun waħda attiva billi tkun miftuħa għad-djalogu ħalli dak li jkun relevanti u ta’ ġid għas-soċjetà.
The post Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-soċjetà appeared first on TVM.