Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Scicluna: Iċ-ċifri tal-finanzi tal-Gvern jirriflettu l-pjan imfassal fil-Baġit

$
0
0

Il-Ministeru għall-Finanzi laqa’ b’mod pożittiv il-figuri tal-finanzi tal-Gvern li ġew ippubblikati lbieraħ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena.

Il-Ministeru qal li dawn juru li n-nefqa tal-Gvern qiegħda tiżdied kif kien ippjanat fil-baġit għal din is-sena, u għalhekk il-miri tal-Gvern qegħdin jintlaħqu. Fil-fatt in-nefqa minn Jannar sa Mejju 2014 hija biss €4.5 miljun iktar minn dak li kien previst.

Il-Ministeru qal li dan ifisser li meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra, iż-żieda fin-nefqa fuq il-mediċini, l-edukazzjoni kif ukoll pagi u spejjeż aministrattivi kienet ippjanata, kif wieħed jista’ jara mill-allokazzjonijiet tal-baġit.

Il-programm tal-Gvern indirizza żidiet fl-interventi u operazzjonijiet biex jindirizza l-lista ta’ stennija eseġerat f’ċerti sezzjonijiet tal-isptarijiet. Il-Ministeru qal li dan iġib miegħu żieda fl-ispiża li qal li kienet waħda pjanata.

Il-Ministeru żied jgħid li l-investiment li qiegħed isir fil-qasam edukattiv biex jintaqqas l-illitteriżmu, jiżdied il-persentaġġ ta’ studenti li jibqgħu jistudjaw, iż-żieda fl-ischolarships biex aktar studenti jsegwu l-istudji universitarji u post-universitarji, u l-għajnuna li tingħata lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali, tfisser ukoll investiment aktar f’dan il-qasam.

“Fejn jidħol pagi, iż-żieda hija konformi ma’ dak li kien previst minħabba żidiet lill-impjegati skont il-ftehim kolletti,2 żied jgħid il-Ministeru waqt li nnota li d-dħul mit-taxxi diretti, li jinkludu t-taxxi fuq id-dħul u national insurance , ikompli jirrifletti ż-żieda ta’ 3,321 persuni li daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-ewwel  kwart tas-sena 2014.

Il-Ministeru tal-Finanzi temm jgħid li ż-żieda fid-dħul  mit-taxxi indiretti tikkonferma li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed iħalli aktar flus fil-but li qed tiġi riflessa f’żieda fil-kummerċ.

 

The post Scicluna: Iċ-ċifri tal-finanzi tal-Gvern jirriflettu l-pjan imfassal fil-Baġit appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles