Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Immigranti jheddu li jgħerqu t-trabi jekk ma jdaħluhomx l-Italja

$
0
0

Ilbiraħ madwar 1,000 immigrant iddaħħlu l-Italja wara li heddew li jekk l-awtoritajiet Taljani jdawruhom lura kienu se jitfgħu l-baħar lit-trabi abbord.

Il-gwardja tal-kosta Taljana lemħu d-dgħajsa ta’ 240 pied b’1000 immigrant abbord matul il-lejl. X’ħin resqu viċin tad-dgħajsa sabu tistennihom xena xokkanti hekk kif l-immigranti bdew jheddu li jekk ma jdaħluhomx l-Italja kienu ser jitfgħu lit-trabi abbord il-baħar, filwaqt li bdew idendluhom għal isfel mill-ġenb tad-dgħajsa.

L-immigranti li oriġinarjament kienu fi triqthom għall-Ingilterra kkalmaw biss meta l-awtoritajiet Taljani assigurawhom li kienu se jiddaħħlu l-Italja.

Id-dgħajsa ddaħħlet fil-Port ta’ Katanja fi Sqallija fejn 400 raġel, 200 mara u 361 tifel u tifla ittieħdu għall-kura fix-xelters tar-Red Cross.

Il-ġimgħa l-oħra uffiċjali tal-Gvern Taljan ħabbru li fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena kienu interċettati xejn inqas minn 3,000 immigrant u wissew b’influss ieħor għar-rebbiegħa.

 

 

 

The post Immigranti jheddu li jgħerqu t-trabi jekk ma jdaħluhomx l-Italja appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles