Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Malti maqbud taħt il-qrun ta’ barri f’Pamplona

$
0
0

Raġel x’aktar ta’ nazzjonalità Maltija jidher li ħelisha ħafif jumejn ilu fit-tiġrija tradizzjonali tal-barrin f’Pamplona. Ritratt ippubblikat fuq diversi ġurnali ewlenin Spanjoli juri lil Malti liebes flok bi kliem ħażin fuqu maqbud taħt il-barri.

Din it-tiġrija ħadet żvolta kerha meta erba’ persuni kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura fl-ewwel jum tal-festival.

Wieħed minn dawk li spiċċaw l-isptar indarbu gravi, l-oħrajn sofrew xi ksur.

It-tiġrija mal-ħames barrin ma skorrietx iż-żewġ minuti u nofs.

Eluf  jivvjaggaw minn madwar id-dinja biex ikunu preżenti għal dan l-avveniment annwali fit-toroq dojoq u mserrqin ta’ Pamplona.

459589-8e567c20-0728-11e4-ba4e-3b3727fd03ff 459984-273d5f12-0729-11e4-ba4e-3b3727fd03ff

The post Malti maqbud taħt il-qrun ta’ barri f’Pamplona appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles