The Times of Malta tikkwota lil Sai Mizzi hekk kif ilbieraħ f’kummenti lil tat lil midja Maltija fiċ-Ċina fir-rigward tal-ispekulazzjonijiet li kien hemm fuq il-paga li għandha, qalet li temmen li għandha l-aqwa kwalitajiet għal xogħolha. Storja oħra tgħid li rapport mill-Istitut għall-istudji Turistiċi kkonkluda li mhux mifhum kif il-kċina ta’ San Vinċenz De Paul tħalliet tintuża fl-aħħar xhur hekk kif kienet tmur kontra ir-regoli tas-saħħa u s-sigurtà. Ritratt separat juri tliet nisa Palestinjani mbikkma f’Gaza wara li tmien qraba tagħhom inqatlu fl-aħħar attakki.
The Malta Independent tgħid li l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat milli tikkummenta dwar dik li sejħet stqarrija assurda li ħareġ l-eks-Kummissajru Ewropew John Dalli. Rapport ieħor hu dwar il-kummenti li tat Sai Mizzi ilbieraħ, bil-ġurnal jgħid is-Sinjura Mizzi ma qalitx kemm taqla’ benefiċċji addizzjonali mal-paga ta’ €3000 fix-xahar li qalet li taqla’. Ritratt separat juri silhouette tal-ministru tal-enerġija Konrad Mizzi waqt il-konferenza tal-enerġija li tibqa għaddejja sal-lum.
l-orizzont tgħid li l-Prim ministru Joseph Muscat ħabbar li Malta u ċ-Ċina qed jaħdmu fuq intrapriża konġunta biex isir investiment f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded, panelli solari u oqsma oħrajn fl-enerġija,Storja oħra tgħid li l-Gvern Malti, fi stqarrija dwar it-tensjoni li hemm f’Gaża, qal li jalla jirbaħ is-sens komun filwaqt li ma jixtieqx jara l-gwerra li saret fuq Gaza bejn l-2008 u l-2009. Rapport ieħor akkumpanjat b’ritratt jgħid li l-baħar għola fi tliet lokalitajiet ilbieraħ filgħodu.
In-Nazzjon tirrapporta li wara sena fil-kariga, iċ-Chairman tal-Istitut għall-istudji turistiċi Ernest Azzoppardi rriżenja. Dan il-ġurnal ukoll jirrapporta b’ritratt li ilbieraħ għola l-baħar fi tliet lokalitajiet. Stejjer oħra li jkomplu fil-paġni ta’ ġewwa jgħidu li żdiedu b’26 fil-mija l-persuni li rrikorrorrew għall-Caritas filwaqt li fl-Istati Uniti, raġel armat ċeda lill-pulizija wara li allegatament qatel sitt persuni fl-Istat ta’ Texas.
The post Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum appeared first on TVM.