Il-Ġermanja huma ċ-Champions tad-Dinja għar-raba’ darba wara li fil-finali tal-lejla fl-istadium ta’ Maracana f’Rio fil-Brażil irnexxielhom jegħlbu lill-Arġentina bl-iskor ta’ wieħed b’xejn.
Il-gowl li ta r-rebħa lill-Ġermanja wasal fl-aħħar sitt minuti tal-ħin barranin meta Mario Goetze rnexxielu jegħleb lill-gowler Arġentin Sergio Romero b’xutt mill-isbaħ.
Bir-rebħa tal-lejla, il-Ġermanja għolliet għar-raba’ darba t-tazza tal-akbar kompetizzjoni prestiġġjuża fil-futbol internazzjonali. Madankollu din kienet l-ewwel darba għall-Ġermanja magħquda u l-ewwel darba wkoll li tim Ewropew irnexxielu jirbaħ din it-tazza fuq art sud-Amerikana. Fil-fatt l-erba’ finali preċedenti ntilfu kollha minn timijiet Ewropej, bl-aħħar waħda mill-Italja.
Il-partita tal-lejla kienet it-tielet finali bejn l-Arġentina u l-Ġermanja, biż-żewġ finali preċedenti ntlagħbu fl-1996 fil-Messiku u erba’ snin wara fl-1990 fl-Italja, b’rebħa kull wieħed.
Kien il-captain Ġermaniż Philipp Lahm li ftit wara nofsillejl għolla t-Tazza tad-Dinja u tefa’ f’dillirju ta’ ferħ miljuni ta’ Ġermaniżi li mistennija jqattgħu l-lejl jiċċelebraw ir-rebħ tar-raba’ Tazza tad-Dinja fl-istorja tagħhom wara li kkundannaw lill-Arġentina għat-tielet telfa f’finali tal-aktar kompetizzjoni prestiġġjuza.




The post Il-Ġermanja fis-seba’ sema…Champions tad-Dinja għar-raba’ darba appeared first on TVM.