Is-Segretarju tal-Affarjiet Barranin Ingliż William Hague irriżenja mill-kariga tiegħu, iżda mistenni jibqa’ fil-Kabinett tal-Prim Ministru Ingliż David Cameron bħala mexxej tal-kamra tad-deputati.
Hu mifhum li Hague mhux se jkun qed jerġa’ jikkonesta l-elezzjoni ġenerali li se tkun qed issir is-sena d-dieħla wara 26 sena membru tal-parlament. Din ir-riżenja hi parti minn reshuffle li se jkun qed jagħmel David Cameron.
The post Jirriżenja s-Segretarju tal-Affarjiet Barranin Ingliż William Hague appeared first on TVM.