Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Jieħu l-ġurament tal-ħatra l-Imħallef Lawrence Mintoff

$
0
0

F’ċerimonja fil-Palazz Presidenzjali l-Belt, dalgħodu ħa l-ġuramen tal-ħatra bħala Imħallef, Lawrence Mintoff. Huwa ħa l-ġurament fil-preżenza fost oħrajn tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, l-Prim Minsitru Joseph Muscat, il-Prim Imħallef Silvio Camilleri u l-Avukat Ġenerali Peter Grech.

Wara li ħa l-ġurament l-Imħallef Lawrence Mintoff tkellem dwar l-importanza li l-kawżi m’humiex proċessi ta’ karti jew numri, izda huma nies li jispiċċaw quddiem il-Qorti minħabba sitwazzjoni diffiċli. Wiegħed li hu se jkun qed iżomm dan f’moħħu.

L-Imħallef Mintoff qal li hu ġej mill-kamp kummerċjali u f’dan il-ġustizzja tidħol ukoll. Żied li meta ġudikant jiġi biex jiddeċiedi, irid iqis is-sitwazzjonijiet umani.

In-nomina ta’ Dr Lawrence Mintoff bħala imħallef tħabbret il-bieraħ. In-nomina tiegħu ġiet approvata mill-kabinett.

Dr Mintoff li għandu 54 sena, laħaq avukat 30 sena ilu u fost oħrajn ħadem fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-uffċċju legali tal-Mid Med Bank u tal-Malta Enterprise.

Il-ħatra tiegħu fil-bank tal-ġudikatura hija s-sitt waħda f’din il-legislattura wara li diġa inħatru żewġ imħalfin u tliet maġistrati.

The post Jieħu l-ġurament tal-ħatra l-Imħallef Lawrence Mintoff appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles