Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-kriżi f’Gaza: Tifel miksi bid-demm jgħajjat “Irrid lill-papà”

$
0
0

Miksi bid-demm u bi qtugħ ma’ ġismu kollu, tifel żgħir Palestinjan beda jgħajjat “irrid lill-papà, ġibuli lill-papà”.

Hekk kif ħaddiema tal-isptar ipprova jniżżlu fuq is-sodda, it-tifel qabad miegħu bħal qarnita u ma riedx jitilqu qabel jara lil missieru.

Dan ir-ritratt emozzjanti huwa riflessjoni oħra tat-tbatijiet kbira li qed jgħaddu minnha kemm it-tfal u anke l-anzjani fil-kunflitt li għaddej fil-Medda ta’ Gaza fejn fl-aħħar sigħat Iżrael irrifjuta li jwaqqaf il-bombardamenti fuq Gaza.

It-tifel kien qiegħed jiġi ttrasferit fl-Isptar al-Shifa fil-belt ta’ Gaza, irrapportat l-pubblikazzjoni favur il-Palestinjani Intifada.

Huwa kien wieħed minn erba’ aħwa, tnejn minnhom ta’ tliet snin li ttieħdu l-isptar għall-ġrieħi serji li ġarrbu.

Huwa mifhum li s’issa l-għadd ta’ Palestinjani maqtula tela’ għal 580.

Il-Minsitru tal-Finanzi ta’ Israel kien rapportat jgħid li lbieraħ kien jum ieħor ta’ attakki qawwija u xejn mhu se jżommhom milli jkomplu bl-operazzjoni tagħhom li fi kliemu hija waħda bżonnjuża.

The post Il-kriżi f’Gaza: Tifel miksi bid-demm jgħajjat “Irrid lill-papà” appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles