Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Għadha għaddejja l-ħidma biex jintfew in-nirien li lbieraħ ħakmu razzett fir-Rabat

$
0
0

Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għadhom għaddejin bil-ħidma biex jitfu n-nar li tard ilbiraħ filgħaxija ħakem razzett fir-Rabat. Il-ħidma baqgħet għaddejja matul il-lejl kollu minħabba n-nirien kbar li ħakmu r-razzett, bil-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili iqallbu l-magħlef biex b’hekk jassiguraw li n-nar ikun intefa kollu.

Xmun Azz - Sid

Is-sid tar-razzett, Xmun Azzopardi allega ma’ tvm.com.mt li n-nar tqabbad b’vendikazzjoni, bil-Pulizija jidher li se tkun qed timxi fuq din l-allegazzjoni biex tistabbilixxi min kien il-moħħ wara dan l-aġir.

Xmun irrakkonta li kien għall-ħabta tad-9 ta’ lbiraħ filgħaxija li persuna marret tħabbatlu d-dar u li kif mar fuq il-post sab kullimkien fjamma waħda. Huwa stqarr li fir-razzett kellu mas-700 ballel tondi ta’ Malta u erba’ containers bi 42 balla f’kull wieħed.  Huwa jikkalkula li mal-€100,000 f’tiben u magħlef spiċċa duħħan. Fortunatament, il-150 baqra li kien hemm fl-istess razzett ġew salvati kollha mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

B’rabta mal-każ bħalissa għaddejja nkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa bl-għajnuna ta’ diversi esperti tal-qorti filwaqt li l-pulizija għadhom għaddejin bl-investigazzjonijiet.

tvm.com.mt huwa nfurmat li l-Pulizija qed iżżomm mill-anqas żewġ persuni sabiex jgħinu fl-investigazzjoni.

Għadujaqbad

The post Għadha għaddejja l-ħidma biex jintfew in-nirien li lbieraħ ħakmu razzett fir-Rabat appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles