Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Joħroġ il-video mużikali ta’‘Shouldn’t Have to Bother’ ta’ Ira Losco

$
0
0

Wara kollaborazzjoni ferm tajba ma’ David Correy (mill-fama ta’ X Factor USA), Ira Losco tidher li għandha konnessjoni tajba mal-Brazil. Id-ditta popolari taż-żraben Brażiljana, IPANEMA li ikkollaboraw magħha biex hi tniedi il-video il-ġdid tagħha.

“Shouldn’t Have to Bother” hija is-single il-ġdida mill-iktar album riċenti  ‘The Fire’ u għandha ħoss sajfi u bir-ritmu SoCa.

Il-video li jaqa’ taħt direzzjoni  u produzzjoni ta’ ‘The Bigger Picture’ inġibed f’M’Scala u fiċ-Ċirkewwa, fuq ċattra kif ukoll fuq dgħajsa f’temp ta’ f’jumejn.

Dan huwa it-tieni video li sar f’kollaborazzjoni  ma ‘The Bigger Picture’ wara “Me Luv U Long Time.”

Ira Losco fisret il-ġbid ta’ dan il-video fil-baħar bħala sfida għax wieħed ikollu jħabbat wiċċu ma l-elementi.

Qalet li madankollu ħadet gost ukoll għax setgħet tgawdi l-baħar sabiħ Malti malli bdiet is-sħana ta’ Ġunju.

Ira Losco qalet ukoll li toħroġ video ma’ kull single mhix ħaġa faċli, pero dak kien l-għan tagħha b’dan l-album.

“Shouldn’t Have To Bother” huwa il-ħames video mill-album ‘The Fire’ li żamm il-pożizzjoni numru no.1 għall-iktar minn 22 il-ġimgħa  fuq I tunes Malta kif ukoll baqa’ fit-Top 10 sa llum.

Ira Losco qalet li din kienet waħda mill-ewwel siltiet li kitbet għal dan l-album li tgħallmek tieħu il-ħajja kif tiġi u tgħix għall-mument.

The post Joħroġ il-video mużikali ta’ ‘Shouldn’t Have to Bother’ ta’ Ira Losco appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles