Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Lulju aktar frisk u b’aktar riħ

$
0
0

Ħafna jsostnu li s’issa għadha m’għamlitx dik is-sħana li aħna mdorrijin biha f’dan iż-żmien tas-sena. Lil dawn, stqarrija mill-uffiċċju meteoroloġiku mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta tagħtihom raġun.

Matul Lulju li għadda f’Malta kellna temperaturi aktar friski u ġranet b’aktar riħ meta mqabbla mal-medja għax-xahar ta’ Lulju.

It-temperatura medja kienet ta’ 26.2°C, 0.4°C inqas mill-medja.

L-ogħla temperatura kienet ta’ 34.3°C fid-29 ta’ Lulju filwaqt li l-inqas temperatura kienet ta’ 19.8°C fis-17 ta’ Lulju.

Matul l-istess xahar, Malta gawdiet minn 11.8 siegħa ta’ xemx kuljum u l-aktar ġurnata li matulha kellna xemx kienet fit-18 ta’ Lulju meta kellna total ta’ 13-il siegħa xemx.

L-inqas ġurnata li matulha kellna xemx kienet fis-26 ta’ Lulju bi ftit aktar minn seba’ sigħat xemx.

It-temperatura medja tal-baħar kiene ta’ 24.6°C u l-umdità ukoll kienet perċentwal inqas minn normal ta’ 67 fil-mija.

Il-veloċità medja tar-riħ ukoll kienet ogħla bl-aktar direzzjoni frekwenti kienet mill-Punent u Majjistral. 

L-aktar ġranet li matulhom kellna riħ kienu fil-11, fit-23 u fil-31 ta’ Lulju.

Sadattant, matul Lulju kienet reġistrata wkoll ftit xita fl-10 u fid-29 tax-xahar.

Kien reġistrat ukoll iċ-ċpar f’jumejn, meta normalment f’Lulju ma jkollnix ċpar.

L-aktar ġurnata sħuna matul Lulju kienet fl-1988 meta l-ogħla temperatura kienet laħqet 42.7°C filwaqt li l-aktar ġurnata li matulha nefaħ riħ f’Lulju kienet fit-2 tax-xahar tal-1954.

The post Lulju aktar frisk u b’aktar riħ appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles